FAQs

Id-Direttorat tal-Analiżi tal-Politika Finanzjarja jiffoka fuq l-analiżi u s-sorveljanza tal-politika ekonomika finanzjarja u l-inizjattivi leġiżlattivi tal-UE relatati mas-settur finanzjarju. Jissorvelja l-ambjent finanzjarju lokali u internazzjonali, jidħol f’inizjattivi flimkien ma’aġenziji oħrajn dwar is-superviżjoni tas-settur bankarju u finanzjarju u jirrappreżenta lil Malta fil-kumitati tas-servizzi finanzjarji tal-UE.

Id-Direttorat jistudja l-kundizzjonijiet finanzjarji minn perspettiva makroprudenzjali, flimkien ma’aġenziji oħrajn jikkontribwixxi lejn inizjattivi dwar is-superviżjoni tas-settur bankarju u finanzjarju, u jirrappreżenta l-interessi ta’ Malta f’Kumitati tal-UE fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-servizzi finanzjarji.