FAQs

Id-Direttorat tal-Analiżi tal-Politika Makro Ekonomika jipprovdi parir espert dwar il-kundizzjonijiet makro ekonomiċi, il-politika fiskali u l-istrateġija industrijali, filwaqt li jiżgura li l-istrateġija ekonomika u fiskali ta’ Malta ssostni l-proċess ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni Ewropea (UE). Id-Direttorat huwa responsabbli għat-tbassir għal żmien qasir, tbassir ekonomiku biannwali, u pubblikazzjonijiet oħra, ewlenin fosthom, l-Abbozz tal-Pjan tal-Baġit u l-Programm ta’ Stabbiltà.

Id-Direttorat jipparteċipa b’mod attiv fil-laqgħat tas-Sostituti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, li primarjament jittratta l-politika fiskali fil-livelli tal-UE u tal-Eurogroup. Riċentement ipparteċipa fl-analiżi tar-Reviżjoni tal-Governanza Ekonomika tal-UE li se tagħti bidu għal era ġdida ta’ sorveljanza fiskali u ekonomika fl-UE. Jipprovdi wkoll informazzjoni ekonomika lil organizzazzjonijiet multilaterali bħall-Kummissjoni Ewropea, l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), u diversi aġenziji ta’ klassifikazzjoni.