Difiża tal-kummerċ tal-UE
Is-sistema tad-difiża tal-kummerċ tal-UE li tinkludi regolament anti-dumping u regolament kontra s-sussidji hija bbażata fuq ir-regoli tad-WTO.
- Dumping isir meta kumpanija tesporta prodotti lejn pajjiż ieħor bi prezzijiet taħt il-valur normali tagħhom, jiġifieri taħt il-prezz stabbilit għall-prodott biex jitqiegħed fis-suq domestiku (tal-pajjiż terz) jew taħt l-ispiża tal-produzzjoni.
- Is-sussidju iseħħ meta Stat jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-benefiċċju limitat ta’ ditta, industrija jew grupp ta’ ditti jew industriji speċifiċi. Sussidji ta’ esportazzjoni u sussidji kontinġenti fuq l-użu ta’ oġġetti domestiċi fuq dawk importati huma meqjusa bħala speċifiċi.
Konsultazzjonijiet dwar il-proċeduri kontra d-dumping u s-sussidju
Id-Dipartiment tal-Politika Ekonomika qed jistieden lill-partijiet interessati biex jgħaddu kwalunkwe opinjoni/kumment fir-rigward tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ elenkati hawn taħt:
Aktar informazzjoni dwar il-każijiet tista’ tiġi aċċessata permezz tal-Websajt tad-DĠ Kummerċ:
Link
jew billi tikkuntattja lid-Dipartiment tal-Politika Ekonomika fuq 21249359. Kull feedback għandu jintbagħat lil economicpolicy@gov.mt