FAQs

Dan id-Direttorat jiffoka fuq kwistjonijiet ekonomiċi strutturali u l-politika tat-taxxa u l-benefiċċji. Xogħol ieħor jinkludi l-istudju u l-analiżi tas-sistema tat-taxxa, jipproponi direzzjonijiet ġodda biex jilħaq l-għanijiet tal-Gvern, jistma l-impatt tal-miżuri tal-baġit, u jagħti sehmu fit-tfassil tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Id-Direttorat jikkontribwixxi u jassisti fuq kwistjonijiet relatati mas-sigurtà soċjali, l-iżviluppi tas-suq tax-xogħol, u l-kompetittività tal-ekonomija Maltija.

Id-Direttorat juża tekniki kwantitattivi, inklużi mudelli bħal QUEST għall-Programm Nazzjonali ta’ Riforma u EUROMOD għas-simulazzjoni tal-impatt distribuzzjonali tal-miżuri tal-baġit.