Is-sistema ta’ difiża kummerċjali tal-UE li tinkludi Regolament antidumping u Regolament antisussidji hija bbażata fuq ir-regoli tad-WTO.
Id-dumping jirriżulta meta kumpanija tesporta prodott lejn pajjiż ieħor bi prezzijiet taħt il-valur normali tagħhom, jiġifieri taħt il-prezz stabbilit għall-prodott li għandu jitqiegħed fis-suq domestiku (tal-pajjiż terz) jew taħt il-kost tal-produzzjoni.
Is-sussidjar huwa meta Stat jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-benefiċċju limitat ta’ ditta speċifika, industrija jew grupp ta’ ditti jew industriji. Is-sussidji fuq l-esportazzjoni u s-sussidji li jiddependu fuq l-użu ta’ oġġetti domestiċi fuq dawk importati huma meqjusa bħala speċifiċi.
Konsultazzjonijiet dwar proċedimenti kontra d-dumping u kontra s-sussidju
Id-Dipartiment għall-Politika Ekonomika qed jistieden lill-partijiet interessati biex jgħaddu kwalunkwe opinjoni/kumment fir-rigward tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ elenkati hawn taħt:
Aktar informazzjoni dwar il-każijiet tista’ tiġi aċċessata permezz tad-DG Trade Websajt jew billi iżur il-paġna ikkuntatjana.