FAQs

Li tingħaqad mad-Dipartiment tal-Politika Ekonomika tfisser li tikkontribwixxi għal xogħol b’impatt għoli u sinifikanti li jinfluwenza direttament il-politika ekonomika ta’ Malta. Ekonomisti ġodda fi ħdan id-Dipartiment jingħataw l-għodda biex jirnexxu billi jimpenjaw ruħhom ma’ timijiet diversi, inklużi esperti minn diversi setturi ekonomiċi, u jikkollaboraw fuq kwistjonijiet ta’ rilevanza kbira. Il-viżjoni tad-Dipartiment – li tagħti prijorità lill-benesseri tiżgura li x-xogħol- tmur lil hinn mill-analiżi ekonomika tradizzjonali, u tikkontribwixxi għal policies li jħallu impatt pożittiv fuq il-ħajja taċ-ċittadini f’Malta. Din hija opportunità unika fejn fid-dinja tax-xogħol tiġi applikata l-kompetenza ekonomika għall-isfidi lokali u internazzjonali u tagħmel differenza dejjiema.