Id-Direttorat tal-Analiżi tal-Politika Makro Ekonomika jipprovdi parir espert dwar il-kundizzjonijiet makro ekonomiċi, il-politika fiskali u l-istrateġija industrijali, filwaqt li jiżgura li l-istrateġija ekonomika u fiskali ta’ Malta ssostni l-proċess ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni Ewropea (UE). Id-Direttorat huwa responsabbli għat-tbassir għal żmien qasir, tbassir ekonomiku biannwali, u pubblikazzjonijiet oħra, ewlenin fosthom, l-Abbozz tal-Pjan tal-Baġit u l-Programm ta’ Stabbiltà.