Dan id-Direttorat jagħti pariri, jikkonsulta, u jikkoordina l-pożizzjoni ta’ Malta dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-Politika Kummerċjali Komuni tal-UE. Jipprovdi l-pożizzjoni ta’ Malta dwar il-kummerċ internazzjonali u l-politika ta’ investiment, ewlenin fosthom negozjati ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali tal-UE u janalizza proposti li jkollhom impatt fuq il-kummerċ internazzjonali.