Direttur Ġenerali

Kevin Vella

MSc fl-Ekonomija

Direttur Generali

Id-Dipartiment tal-Politika Ekonomika

Is-Sur Kevin Vella huwa ekonomista skont il-professjoni u bħalissa d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Politika Ekonomika, kariga li ilha okkupata mill-2023. Is-Sur Vella ggradwa fl-ekonomija mill-Universita’ ta’ Malta fl-1999 u temm l-istudji tiegħu fil-livell post – graduate fl-Universita’ ta’ Warwick fl-2003 fejn kiseb l-MSc tiegħu fl-ekonomija. Studja wkoll il-politika pubblika fl-Universita’ ta’ Malta. Huwa ngħaqad mad-Dipartiment tal-Politika Ekonomika fl-1999, ġie promoss għal ekonomista anzjan fl-2006 u kien jokkupa l-kariga ta’ Direttur (Strateġija Ekonomika) fl-2011. Fost il-kisbiet akkademiċi tiegħu, is-Sur Vella pparteċipa u ggradwa fil-Programm tal-ipprogrammar Finanzjarju u l-politiki mill-Istitut tal-FMI fl-2007.
 
Is-Sur Vella bħalissa jirrappreżenta lil Malta fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju bħala membru supplenti u qabel kien jirrappreżenta lil Malta fil-Kumitat tal-Politika Ekonomika. Huwa membru tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, istituzzjoni tri – partitika li tieħu ħsieb l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f ’ Malta. Is-Sur Vella qabel kien ukoll membru tal-Financial Perspectives Malta Group responsabbli min-negozjati tal-baġit tal-UE, membru tal-Creative Economy Working Group u anke l-Valletta 2018 Evaluation and Monitoring Committee.
 
Is-Sur Vella huwa wkoll visiting lecturer fid-Dipartiment tal-ekonomija fl-Universita’ ta’ Malta. Qabel kien jagħti lectures fl-Economics fid-Dipartiment u ilu jagħti lectures fl-Economics fl-Institute of Public Administration mill-2004.