Struttura

Id-Dipartiment tal-Politika Ekonomika huwa mmexxi mill-Kap tad-Dipartiment, li huwa d-Direttur Ġenerali (DĠ). Id-DĠ huwa megħjun minn Assistent Direttur, konsulent u uffiċjal legali anzjan, kif ukoll erba’ Diretturi li jmexxu d-Direttorati li ġejjin: id-Direttorat għall-analiżi tal-Politika makroekonomika, id-Direttorat għall-analiżi tal-Politika dwar it-tassazzjoni u l-benefiċċji, id-Direttorat għall-analiżi tal-Politika finanzjarja u d-Direttorat għall-analiżi tal-Politika Ekonomika Internazzjonali. L-unitajiet ewlenin tad-Direttorati huma elenkati fl-organigramma. Id-Direttorati jikkonsistu f’ economics officers, senior Economics officers u chief Economics officers.